Midja
Waqt ċerimonja organizzata mill-Kunsill Lokali Naxxar, individwi, każini, għaqdiet u l-Kunsill Lokali stess tan-Naxxar għaddew donazzjonijiet lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono b’risq il-Malta Community Chest Fund.
F’diskors waqt din l-attività annwali, il-President ta’ Malta rringrazzjat lill-Kunsill Lokali ta’ din l-inizjattiva, u lil dawk kollha li kkontribwixxew bid-donazzjonijiet tagħhom. Il-President fakkret fil-ħidma ta’ matul is-sena mill-Malta Community Chest Fund, li mhux biss tgħin finanzjarjament lil dawk kollha li jirrikorru għandha, iżda toffri wkoll għajnuna psikoloġika u soċjali lil kull min jiġi bżonn l-għajnuna.
The President recalled the work carried out throughout the year by the Malta Community Chest Fund, which not only provides financial assistance to all those who ask for its assistance, but also offers psychological and social support to anyone who needs help.



















