Midja

L-Erbgħa filgħaxija, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, saret ċerimonja li kkommemorat il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-AŻAD; l- Akkademja għall-Iżvilupp tal-Ambjent Demokratiku fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Fi tmiem is-serata, il-President irċeviet donazzjoni mingħand it-tmexxija tal-AŻAD, b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.