Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lill-Eċċellenza Tiegħu Juraj Blanár, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tas-Slovakkja, għal laqgħa ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Waqt il-laqgħa, iż-żewġ naħat iddiskutew temi ta’ interess komuni fosthom il-ħidma multilaterali taż-żewġ pajjiżi f’fora differenti, u l-opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni f’setturi differenti fosthom l-edukazzjoni, l-ekonomija, il-kummerċ u l-iskambju ta’ bejn il-popli.
Il-laqgħa ta’ korteżija mal-President ta’ Malta kienet parti minn żjara uffiċjali li l-Eċċellenza Tiegħu Juraj Blanár għamel f’Malta.



