Midja

Fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi, dalgħodu l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għall-quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.
 
Wara, kif inhi t-tradizzjoni, il-President attendiet għal seduta fl-Awla Kriminali tal-Qorti, indirizzata mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti, il-President tal-Kamra tal-Avukati Dott. Louis DeGabriele u l-President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali Gerald Bonello.