Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President se tipparteċipa fil-21 Laqgħa tal-Grupp Arraiolos

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, se tipparteċipa fil-21 Laqgħa tal-Grupp Arraiolos, li se ssir fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 2026 f’Ljubljana, fis-Slovenja.
Il-laqgħa ta’ din is-sena se tkun ospitata mill-President tar-Repubblika tas-Slovenja, l-E.T. Nataša Pirc Musar, u se tlaqqa’ flimkien Presidenti ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom rwol mhux eżekuttiv.
Id-diskussjonijiet se jiffukaw fuq is-sigurtà u r-reżiljenza tal-Unjoni Ewropea, ir-rwol tagħha fix-xena internazzjonali, il-multilateraliżmu u l-futur tal-istituzzjonijiet internazzjonali.
Il-Grupp Arraiolos huwa forum informali li twaqqaf fl-2003, bil-laqgħat tiegħu joffru lill-Presidenti parteċipanti spazju għal skambju miftuħ ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet Ewropej u internazzjonali ta’ interess komuni.
Sakemm il-President tkun barra minn Malta, Dott. Helena Dalli se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.
President Myriam Spiteri Debono

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.