Midja

Bħala parti mill-Istrina BOV Piggy Bank Campaign, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, akkumpanjata mill-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, l-Onor. Byron Camilleri, żaret l-Iskola Primarja Santu Rokku tal-Kulleġġ Santa Margerita, fil-Birgu.
Il-President ħeġġet lill-istudenti biex, anke permezz ta’ kontribuzzjoni żgħira, jgħinu lil tfal u familji li, minħabba mard jew ċirkostanzi oħra, jkunu jeħtieġu l-għajnuna u s-sapport tal-Malta Community Chest Fund.
Matul iż-żjara, il-President kellha wkoll l-opportunità li tiddiskuti diversi suġġetti mal-istudenti u twieġeb għadd ta’ mistoqsijiet li għamlulha.