Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, akkumpanjata mill-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, l-Onor. Byron Camilleri, żaret il-Kulleġġ St Edward’s fil-Birgu, bħala parti mill-Istrina BOV Piggy Bank Campaign.
Il-President ħeġġet lill-istudenti biex ikomplu jiżviluppaw il-valuri li jgħinuhom jagħtu kontribut pożittiv lis-soċjetà u lill-pajjiż fil-futur. Hija saħqet ukoll fuq l-importanza li jkunu lesti jgħinu u joffru sapport lil dawk l-individwi li, f’mumenti diffiċli, ikunu jeħtieġu l-assistenza.
Matul iż-żjara, il-President kellha wkoll l-opportunità li tiddiskuti diversi suġġetti mal-istudenti u twieġeb għadd ta’ mistoqsijiet li għamlulha.




