Midja

l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-Iskola Primarja Patri Manwel Gatt O’ Carm f’Santa Venera, bħala parti mill-Istrina BOV Piggy Bank Campaign.
Waqt sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-istudenti, il-President tkellmet dwar l-importanza li minn età żgħira titrawwem il-kultura tas-solidarjetà u l-għajnuna lejn l-oħrajn. Hija fakkret lit-tfal, li anke l-iżgħar kontribuzzjoni tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawk li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli, fosthom minħabba problemi ta’ saħħa.
Il-President kellha l-opportunità wkoll li tispjega lill-istudenti l-ħidma bla waqfien tal-Malta Community Chest Fund.