Midja

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Bulgarija, l-Eċċellenza Tiegħu Ivan Kondov, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Matul il-laqgħa tiegħu, l-Ambaxxatur Bulgaru ddiksuta il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Bulgarija fuq skala bilaterali, u saħaq kif dawn ir-relazzjonijiet huma b’saħħithom u jistgħu jiġu msaħħa aktar.
Fuq skala multilaterali, huwa ħeġġeġ għal aktar ħidma fi ħdan l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda, filwaqt li tenna l-impenn ta’ pajjiżu biex l-Unjoni Ewropea tkompli l-proċess ta’ tkabbir tagħha.
Il-President ta’ Malta tkellmet dwar ir-rieda li jkompli jissaħaħ l-iskambju bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll dwar il-qagħda usa’ tas-sigurtà Ewropea, b’enfasi kif l-implikazzjonijiet tal-kunflitti li għaddejjin bħalissa jestendu lil hinn mill-pajjiżi direttament involuti, u jaffettwaw is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiżi ġirien u tal-kontinent Ewropew kollu.