Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-iskola primarja Dun Anton Manchè tal-Gżira, parti mill-Kulleġġ Santa Klara, bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank.
Waqt sessjoni ta’ mistoqsijiet mill-istudenti, l-Eċċellenza Tagħha ħeġġithom biex jipparteċipaw f’din l-inizjattiva, u b’hekk ikunu parti minn L-istrina u jgħinu lil tfal oħra bħalhom li jiġu megħjuna mill-Malta Community Chest Fund.
Il-President sellmet ukoll lill-edukaturi, u esprimiet l-apprezzament tagħha għal dawk il-professjonisti bħalhom li għandhom ir-responsabbiltà li jiffurmaw lill-ġenerazzjoni ta’ għada fuq sinsla ta’ valuri.


