Midja
Bħala parti mill-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank, dalgħodu l-E.T. Myriam Spiteri Debono żaret l-Iskola Medja ta’ Blata l-Bajda biex tkompli twassal l-appell għas-solidarjetà u l-għajnuna lil dawk fil-bżonn.
Il-President semgħet kif, permezz ta’ proġetti differenti, l-istudenti ta’ din l-iskola qed iwasslu messaġġi dwar il-valur tar-rispett, l-importanza li jaħdmu flimkien u jitgħallmu minn xulxin, kif ukoll li jkunu solidali ma’ dawk li jeħtieġu l-għajnuna.
L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jistaqsu lill-President numru ta’ mistoqsijiet dwar suġġetti varji




