Midja

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-iskola primarja tal-Qrendi, bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank.
Meta kienet qed tindirizza lill-istudenti, il-President fakkrithom kif huma se jkunu l-mexxejja ta’ għada, bħalma t-tfal li 23 sena ilu kienu minn tal-ewwel li pparteċipaw f’din il-kampanja issa kibru u jinsabu f’pożizzjoni ta’ tmexxija madwar Malta u Għawdex.