Midja

Bħala parti mill-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank, nhar il-Ħamis l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-Iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
Il-President tkellmet dwar l-importanza li nisimgħu lil min ikun għaddej minn żmien diffiċli, għaliex meta persuna taqsam dak li tkun għaddejja minnu u tħoss li qed tingħata widen u attenzjoni, tkun tista’ ssib ftit serħan.
F’sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mal-istudenti, il-President wasslet messaġġ favur l-inklużjoni, l-għaqda u s-solidarjetà, filwaqt li faħħret il-kwalitajiet sbieħ taċ-ċkejknin.