Midja
Il-Ħadd, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ħadet sehem fiċ-ċerimonji uffiċjali ta’ Jum it-Tifkira, organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali, bis-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Filgħodu, il-President spezzjonat il-Gwardja tal-Unur tal-Forzi Armati ta’ Malta qabel attendiet għall-Pontifikal Solenni ċċelebrat mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna.
Wara l-quddiesa, il-President ingħaqdet mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u poġġiet fjuri quddiem il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana, li jfakkar il-vittmi tal-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija.









