L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ssellem il-memorja tal-Arċisqof Emeritu, Monsinjur Pawlu Cremona.
“Monsinjur Cremona mexxa’ lill-Knisja Kattolika Maltija bħala Arċisqof b’imħabba u umiltà, u jibqa’ mfakkar ukoll għall-ġid li għamel fis-silenzju matul iktar minn 50 sena ta’ servizz fi ħdan il-Knisja Kattolika,” stqarret il-President.
Il-President Myriam Spiteri Debono twassal il-kondoljanzi tagħha lill-komunità tal-patrijiet tal-Ordni tal-Predikaturi u lill-membri tal-familja tiegħu.
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta