Midja
Il-Ħadd filgħodu, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għall-quddiesa pontifikali fil-Bażilika Kolleġġjata Marija Bambina tax-Xagħra, Għawdex, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja.
Mal-wasla tagħha, il-President ingħatat is-salut nazzjonali mill-Forzi Armati ta’ Malta, u saret l-ispezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.
Nhar Jum il-Vitorja, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, poġġiet kuruna tal-fjuri fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali ta’ din il-festa nazzjonali.







