Midja

L-Ambaxxatriċi għar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, l-Eċċellenza Tagħha Shaymaa Badawi, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Waqt il-laqgħa ġew diskussi r-relazzjonijiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li rrikonoxxew il-ħidma kemm ta’ Malta kif ukoll tal-Eġittu biex ikun hemm il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran.