Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

Tliet Ambaxxaturi ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Ambaxxatur tal-Istat tal-Iżrael, l-Eċċellenza Tagħha Ruth Cohen-Dar,

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea, l-Eċċellenza Tiegħu Choon-goo Kim,

u

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Liberja, l-Eċċellenza Tagħha Genevieve Kennedy.

Wara li ppreżentat il-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tal-Istat tal-Iżrael tkellmet dwar it-tama li għandu l-Istat Iżraeljan wara l-qbil ta’ waqfien mill-ġlied aktar kmieni dan ix-xahar. Fuq livell bilaterali, hija kkomettiet ruħha li ser tkun qed taħdem bis-sħiħ biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-popli speċjalment fl-oqsma tan-negozju, kummerċ kif ukoll fit-turiżmu.

Fil-laqgħa li kellu mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea tkellem dwar ir-relazzjonijet tajbin ma’ Malta, u kif din is-sena qed jiġu ċċelebrati sittin sena ta’ relazzjonijiet. Ġew diskussa wkoll l-irwoli importanti ta’ Malta u r-Repubblika tal-Korea f’fora multilaterali, fosthom fil-Kunsill ta’ Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda, fejn kemm Malta kif ukoll il-Korea kienu eletti u servew fl-istess Kunsill.

Minn naħa tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Liberja, irrimarkat l-impenn ta’ pajjiżha biex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali. Hija tkellmet ukoll dwar il-prospetti ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u l-Liberja, speċjalment fejn jidħlu s-setturi tal-marittimu, tal-agrikoltura u anke tal-promozzjoni tal-ugwaljanza.

Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi għall-ħatra tagħhom.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.