Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Ħatra ta’ Imħallfin u Maġistrati ġodda

​Il-President ta’ Malta tgħarraf li:

Wara li fil-ħamsata’ Awwissu 2025 saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, għall-ħatra ta’ żewġ maġistrati ġodda, u żewġ imħallfin ġodda, li l-applikazzjonijiet għalihom kienu jagħlqu fis-26ta’ Awwissu 2025, fil-10ta’ Ottubru 2025 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta datat ukoll 10ta’ Ottubru 2025 maħruġ mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta: dan wara laqgħa tal-istess Kumitat li saret is-Sibt 4 ta’ Ottubru 2025 fejn ġew evalwati is-sbatax (17)-il espressjoni ta’ interess għall-ħatra ta’ żewġ imħallfin.

Dan ir-rapport poġġa għall-kunsiderazzjoni tiegħi l-ismijiet ta’ tliet kandidati li skont ir-rapport kienu l-aktar idonei u minn dawn it-tliet ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-President jagħżel wieħed.

It-tliet ismijiet imressqa f’ordni alfabetika kienu ta’:

  1. Galea Charmaine
  2. Grech Simone, u
  3. Montebello Rachel

Minn dawn it-tliet ismijiet, jiena għażilt dak ta’ Grech Simone.

Fis-16 ta’ Ottubru 2025, għarraft lill-Kumitat li l-għażla tiegħi skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) kienet ta’:

Grech Simone.

Sussegwentament, nhar l-20 ta’ Ottubru 2025, is-Segretarju tal-Kumitat ippreżentali t-tieni rapport dettaljat naxxenti ukoll dan ir-rapport minn seduta tal-4 ta’ Ottubru 2025 bl-ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta ta’ tliet kandidati li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli.

L-ismijiet f’ordni alfabetika kienu dawn:

  1. Galea Charmaine
  2. Montebello Rachel, u
  3. Vella Gabriella

L-għażla minn dawn it-tliet ismijiet skont l-istess Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta hija ta’:

Montebello Rachel

Billi skont l-Artikolu 96 (1) tal-Kostituzzjoni, l-Imħallfin tal-Qrati Superjuri jiġu maħtura mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni, il-President taħtar, f’ordni alfabetika, lis-segwenti persuni sabiex iservu ta’ Mħallfin tal-Qrati Superjuri:

Grech Simone

Montebello Rachel

L-ismijiet tal-kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura kienu idonei u meritevoli u li tressqu għall-għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96 A (6) (d) u li skont l-istess artikolu huwa mistenni li jiġu ppubblikati huma dawk li jidhru aktar ’il fuq f’din l-istqarrija.

B’dan ikun iddikjarat li l-ħatra ta’ żewġ Imħallfin skont is-sejħa pubblika maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fil-5 ta’ Awwissu 2025 ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-Ġudikanti Mħallfin ġodda u tirringrazzja lill-membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol metikoluż li wettqu.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.