Midja

Fl-ewwel impenn uffiċjali tagħha fi Strasburgu, il-President Myriam Spiteri Debono kellha laqgħa bilaterali mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, l-E.T. Alain Berset.
Għal din il-laqgħa, il-President kienet akkumpanjata mir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, l-E.T. Francesca Camilleri Vettiger, kif ukoll is-Segretarju tal-Presidenza Moira Attard, uffiċjali oħra tal-Presidenza u l-Aide de Camp tagħha.
Min-naħa tiegħu, l-E.T. Berset kien akkumpanjat mis-Segretarju tal-Kumitat tal-Ministri, Zoltan Taubner, u uffiċjali oħra mill-Uffiċċju tiegħu.