Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, kellha laqgħa bilaterali ma’ Mattias Guyomar, il-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR).
Matul il-laqgħa, il-President ta’ Malta kienet akkumpanjata mill–Ambaxxatriċi u Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa Francesca Camilleri Vettiger, is-Segretarju tal-Presidenza Moira Attard u uffiċjali oħra tal-Presidenza.
Il-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem kien akkumpanjat mir-Reġistratur tal-ECHR, Marialena Tsirli, l-Imħallef Maltija Lorraine Schembri Orland, li sservi f’din il-Qorti f’isem Malta, u uffiċjali oħra tal-Uffiċċju tiegħu.