Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ħadet sehem fiċ-ċerimonji nazzjonali ta’ Jum it-Tifkira.

Il-Ħadd filgħodu, il-President spezzjonat il-Gwardja tal-Unur tal-Forzi Armati ta’ Malta, qabel il-Pontifikal Solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta.

Wara, il-President ingħaqdet mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u poġġiet fjuri quddiem il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana, bħala sinjal ta’ rispett lejn il-vittmi tal-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija.