Midja
It-Tnejn filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-102 anniversarju tar-Repubblika tat-Turkija.
Fid-diskors tagħha waqt is-serata organizzata mill-Ambaxxata Torka f’Malta, il-President irreferiet għal Malta u t-Turkija bħala pontijiet bejn il-kontinenti, b’taħlita ta’ kulturi differenti u li jħaddmu politika barranija li tinkoraġġixxi d-djalogu waqt li tirrispetta l-valuri mnaqqxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-President fissret kif Malta tħares ‘il quddiem b’ottimiżmu biex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tajba bejn iż-żewġ pajjiżi u tikkonsolida r-rabtiet bilaterali eċċellenti li ngawdu llum.


