Midja

Fil-Kastell Verdala saret ċerimonja li matulha ġew rikonoxxuti r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, għal kotba ppubblikati fl-2024.

Iċ-ċerimonja kienet organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta.

Fil-messaġġ tagħha, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, tkellmet dwar il-letteratura Maltija bħala element li jsawwar il-poplu Malti u Għawdxi, u aċċennat l-importanza li l-letteratura Maltija tkun imħarsa u msaħħa b’mod speċjali fl-isfond tal-isfidi ġodda li l-lingwa Maltija tiffaċċja llum-il ġurnata.