Midja

Il-President Myriam Spiteri Debono kellha laqgħa bilaterali mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, l-E.T. Alain Berset.

Id-delegazzjoni Maltija għal din il-laqgħa kienet iffurmata mill-Ministri Ian Borg u Clifton Grima, r-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa Francesca Camilleri Vettiger, kif ukoll l-Uffiċjali tal-uffiċċju tal-President Moira Attard u Darren Camilleri.

Min-naħa tiegħu, l-E.T. Berset kien akkumpanjat mill-ogħla uffiċjali tal-Uffiċċju tiegħu, u s-Segretarju tal-Kumitat tal-Ministri.