Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-jum nazzjonali ta’ Spanja.
Fid-diskors tagħha, il-President saħqet kif Malta tibqa’ impenjata li tkompli ssaħħaħ u ttejjeb ir-rabtiet ma’ Spanja, mhux biss permezz tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet eżistenti, iżda wkoll billi tesplora toroq ġodda ta’ koperazzjoni f’setturi oħra, u billi toffri appoġġ għal kull miżura u inizjattiva mmirati lejn it-titjib tar-rabtiet kummerċjali u kulturali bejn pajjiżna.
Hija esprimiet ukoll l-appoġġ ta’ Malta għall-miżuri u l-inizjattivi kollha mmirati lejn it-tisħiħ tar-rabtiet kummerċjali u kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi.
L-E.T. irrikonoxxiet ukoll ix-xogħol li wettaq f’pajjiżna l-Ambaxxatur Spanjol għal Malta, l-E.T. José María Muriel Palomino, matul l-aħħar tliet snin.



