Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono kellha udjenza privata mal-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku, fil-Vatikan.

Matul il-laqgħa, il-Papa tkellem dwar l-esperjenza tiegħu f’Malta, matul iż-żjara uffiċjali fl-2022, u ġedded il-memorji ta’ meta kien jistudja fi Buenos Aires, fit-triq tiegħu biex isir Ġiżwita, fejn jistudjaw flimkien miegħu kellu żewġ studenti Għawdxin.

Il-Papa tkellem ukoll fuq diversi suġġetti oħra, fosthom in-nisa fit-tmexxija u l-importanza li t-twelid tal-ulied jiżdied.