Midja

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea, l-Eċċellenza Tiegħu Choon-goo Kim, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Matul il-laqgħa, fost affarijiet oħra ġew diskussa l-irwoli ta’ Malta u l-Korea f’fora internazzjonali, fejn kemm Malta u l-Korea kienu eletti u servew fil-Kunsill ta’ Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda.