Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, kienet ippreżentata bl-arma eraldika personali tagħha, matul laqgħa ta’ korteżija mill-Kap Uffiċjal tal-Eraldika f’Malta, Dr Charles A. Gauci, li kien akkumpanjat ukoll minn Anthony Scicluna, id-Deputat Chairman ta’ Heritage Malta, u l-Kav. Ray Cassar, Reġistratur fl-Uffiċċju tal-Kap Araldista.
L-arma eraldika tal-President tinkludi l-motto Servire Cum Modestia (Isservi b’modestja), kunjomha, kif ukoll simboli li jirrappreżentaw ir-rwol tagħha ta’ President u lil Għawdex, il-gżira fejn twieldet u qattgħet tfulitha.


