Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, attendiet għat-tnedija tat-tielet volum ta’ ‘Il-Maltin – Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom’; ktieb ta’ Steve Borg li jinkludi ġabra ta’ rakkonti u narrazzjonijiet ta’ Maltin u Għawdxin li jirriflettu s-soċjetà Maltija.

Fid-diskors tagħha, il-President Spiteri Debono fissret dawn il-pubblikazzjonijiet bħala proġett ta’ konservazzjoni u protezzjoni tal-identità Maltija, li jixħtu dawl fuq il-wirt intanġibbli ta’ Malta u jirriflettu l-evoluzzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi u dak li sawru matul is-snin.

Hija għalqet id-diskors tagħha billi awgurat lill-awtur biex ikompli bir-riċerka u l-ħidma tiegħu, peress li qiegħed jaħdem fuq ir-raba’ volum tas-sensiela.