Midja

Dr. Simone Grech u Dr. Rachel Montebello ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala mħallfin tal-Qrati Superjuri ta’ Malta, filwaqt li Dr. Franco Agius u Dr. Ingrid Bianco ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala maġistrati tal-Qrati Inferjuri ta’ Malta u Għawdex waqt ċerimonja mmexxija mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, fil-Belt Valletta.