Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono kellha laqgħa ta’ korteżija ma’ Dr George Hyzler, il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f’isem Malta.

Dr Hyzler spjega x-xogħol tiegħu u tal-istaff tiegħu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, filwaqt li ppreżenta kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-2024 lill-President.