Midja

L-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tal-Amerika, l-Eċċellenza Tagħha Somers White Farkas, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Waqt il-laqgħa ġew diskussi fost l-oħrajn temi rikorrenti fosthom l-impenn tal-Istati Uniti biex jippromwovu l-paċi f’żoni ta’ kunflitt.

Fuq skala bilaterali, iż-żewġ naħat għarfu l-importanza tar-relazzjonijiet b’saħħithom li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi u l-opportunitajiet ġodda li jistgħu jinħolqu, speċjalment fl-oqsma tal-konnettività, negozju u diplomazija kulturali.