Midja

L-Ambaxxatur tar-Renju tal-Belġju, l-Eċċellenza Tiegħu Andy Detaille, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

L-Ambaxxatur faħħar lil Malta għall-ħidma tagħha fl-isfera multilaterali, speċjalment fil-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà, filwaqt li esprima l-impenn tiegħu li jkompli jħeġġeġ għal aktar opportunitajiet ta’ kummerċ u negozju bejn Malta u l-Belġju.