Midja

Bħala parti mill-kampanja ta’ L-Istrina Piggy Bank, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret il-Kulleġġ De La Salle.

Matul iż-żjara tagħha, il-President fakkret fil-valuri tal-ġenerożità u l-altruwiżmu, riflessi fil-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank, u ħeġġet lill-istudenti biex jikkontribwixxu b’risq din il-kampanja u b’hekk huma wkoll ikunu parti minn L-istrina ta din is-sena.