Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret in-Naxxar Middle School, parti mill-Kulleġġ Marija Reġina, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank.

Matul iż-żjara, il-President iltaqgħet mal-istudenti ta’ din l-iskola, li tilqa’ fi ħdanha madwar 800 student minn 60 pajjiż differenti, u 200 edukatur. Huma kellhom iċ-ċans isiru jafu lill-President iktar mill-qrib waqt sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet.

Iktar kmieni din is-sena, l-iskola organizzat Gala Day għall-istudenti, li matul din l-attività kellhom l-opportunità li jagħtu donazzjonijiet u jiġbru flus b’risq il-kampanja Piggy Bank.