Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret l-Iskola Primarja B ta’ Ħaż-Żabbar, bħala parti minn sensiela ta’ żjarat marbuta mal-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank.
F’messaġġ qasir lill-istudenti, il-President ħeġġithom biex ikunu parti minn din il-kampanja u huma wkoll jikkontribwixxu b’risq L-istrina, biex b’hekk jgħinu tfal oħra u familji fil-bżonn.
Matul iż-żjara tagħha, il-President irrispondiet ukoll sensiela ta’ mistoqsijiet li sarulha mit-tfal, fejn fakkrithom li huma l-mexxejja futuri ta’ Malta u ħeġġithom biex jgħożżu l-valuri rappreżentati fil-kampanja Piggy Bank.





