Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President Myriam Spiteri Debono tirringrazzja lill-poplu għall-ġenerożità tiegħu f’L-istrina 2025

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, tirringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għas-solidarjetà u l-ġenerożità murija waqt il-ġabra ta’ L-Istrina 2025.

Matul 12-il siegħa maratona l-għada tal-Milied, inġabru iktar minn €5.7 miljun, li se jassistu lill-Malta Community Chest Fund fil-ħidma tagħha biex tkompli tgħin lil dawk li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet li jirrikjedu l-għajnuna.

F’messaġġ lill-poplu, il-President iddikjarat li bir-raġun għandha fiduċja fil-poplu Malti u Għawdxi, għax din is-sena wkoll wera li qiegħed hemm u lest biex jgħin f’kull sejħa għall-għajnuna.

Il-President irringrazzjat ukoll lill-mijiet ta’ ħaddiema u voluntiera, li matul is-sena kollha ħadmu biex ittellgħu diversi attivitajiet, kif ukoll biex l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ L-Istrina setgħet tkun suċċess.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.