Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lill-E.T. Savio Hon Tai-Fai, Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede għal Malta, f’laqgħa ta’ tislima fi tmiem il-mandat tiegħu.
L-Eċċellenza Tagħha rringrazzjatu għall-ħidma tiegħu f’Malta, kemm bħala Nunzju Appostoliku, kif ukoll bħala Dekan tal-Korp Diplomatiku f’Malta. Irringrazzjatu wkoll għall-mod kif impenja ruħu fil-ħajja pastorali u reliġjuża f’Malta.