Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għal quddiesa ċelebrata mill-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Din il-quddiesa hi parti miċ-ċelebrazzjonijiet taż-żjara tal-Kardinal Pietro Parolin u b’ringrazzjament fis-60 anniversarju mir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u s-Santa Sede.
Il-quddiesa kienet ikkonċelebrata wkoll mill-Isqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, in-Nunzju Appostoliku Savio Hon Tai-Fai, kif ukoll isqfijiet oħra.