Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono attendiet għal kunċert vokali u strumentali fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, organizzat mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta.

Matul is-serata, il-President inawgurat ukoll l-ornamenti tal-planċier, kif ukoll arkivju ġdid li jiġbor fih dokumenti storiċi tas-Soċjetà li qed tiċċelebra t-tmenin sena mill-ewwel servizz tagħha.

Is-Soċjetà għaddiet ukoll donazzjoni b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.