President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Il-President iżżur l-aħħar preparamenti għal L-Istrina 2024

Fi żjara li għamlet fil-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono segwiet l-aħħar tħejjijiet li għaddejjin b’rabta ma’ L-Istrina li tittella’ ta’ kull sena l-għada tal-Milied.

Fost l-oħrajn il-President żaret is-sett li minnu se tkun qed tittella’ x-xandira televiżiva ta’ tnax-il siegħa fis-26 ta’ Diċembru bis-sehem ta’ diversi preżentaturi mill-istazzjonijiet televiżivi ewlenin f’pajjiżna flimkien ma’ personalitajiet oħra.

Hija ltaqgħet ukoll mal-ħaddiema u voluntiera li kienu għaddejjin bil-ħidma tagħhom kemm fl-armar u fi tħejjijiet loġistiċi oħra.

F’kummenti li tat, il-President Myriam Spiteri Debono semmiet kif il-bżonnijiet huma kbar u għaldaqstant appellat għall-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi f’din il-festa ta’ solidarjetà.

Jakkumpanjaw lill-President ta’ Malta kien hemm iċ-Chairperson tal-Malta Community Chest Fund Sina Bugeja flimkien ma’ diversi uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President.

L-Istrina tiftaħ f’nofsinhar bil-messaġġi mill-ogħla awtoritajiet f’pajjiżna u tibqa’ sejra sa’ nofsillejl, b’xandira diretta fuq l-istazzjonijiet PBS, NET, ONE u F LIVING.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.