President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Il-President iżżur l-aħħar preparamenti qabel Rockestra – The Big Jam

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono żaret l-aħħar preparamenti għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rockestra.

Fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet, f’Ta’ Qali, il-President iltaqgħet mal-kantanti, mużiċisti u artisti waqt l-aħħar provi tagħhom qabel il-15-il edizzjoni ta’ dan l-ispettaklu li jiġbor flimkien lil eluf ta’ persuni b’għan nobbli b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.

Rockestra – The Big Jam se tintroduċi elementi ġodda, fosthom il-kunċett ta’ ‘jam’ fejn il-mużika tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, diversi kantanti u bands lokali se jingħaqdu flimkien għal prestazzjoni mużikali b’differenza.

F’messaġġ lill-artisti, il-President irringrazzjathom tal-impenn tagħhom, u fakkret li kull min jattendi mhux biss se jgawdi minn spettaklu uniku, imma wkoll ikun qed jgħin lil dawk kollha li jiġu bżonn il-Malta Community Chest Fund.

Il-biljetti għall-15-il edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rockestra, li se ssir is-Sibt li ġej fit-20:30, jistgħu jinkisbu minn: Rockestra 2025 – The Big Jam | ShowsHappening

Għall-ewwel darba, wkoll Rockestra ta’ din is-sena se tkun segwita mill-Official Rockestra After Party, fejn DJs lokali se jkomplu bl-ispettaklu fil-kumpless Uno Malta.

Id-dħul għall-After Party hu b’xejn, għalkemm ikun apprezzat jekk dawk li jattendu jagħtu donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund.

toggle icon
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.