President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Il-President Myriam Spiteri Debono tħalli Malta lejn l-Italja u l-Vatikan

Il-President Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għal żjara uffiċjali fl-Italja u l-Vatikan.

Matul din iż-żjara, il-President Spiteri Debono se jkollha udjenza privata mal-Papa Franġisku, u mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin. Għal dawn il-laqgħat, skedati għall-Ġimgħa, 24 ta’ Jannar, id-delegazzjoni tinkludi wkoll lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Dr Ian Borg.

Il-President Spiteri Debono se jkollha wkoll laqgħat mal-President Taljan Sergio Mattarella f’Palazzo Quirinale kif ukoll mal-Gran Mastru tal-Ordni Sovrana ta’ Malta, Fra John T. Dunlap, u t-tmexxija tal-Ordni, f’Palazzo Magistrale.

Il-President ta’ Malta se żżur ukoll l-Ambulatorio Madre di Misrericordia tal-Vatikan, kif ukoll l-Ospedale Pediatrico Bambino Gesù fil-Vatikan, li hu sptar speċjalizzat fil-kura tat-tfal u li ta’ kull sena jilqa’ pazjenti minn Malta flimkien ma’ numru ta’ studenti tal-mediċina.

Il-President ta’ Malta se żżur ukoll l-esebizzjoni ‘A Maltese Artist in Rome’ ffurmata minn xogħlijiet ta’ Antonio Sciortino, li qed tittella’ fiċ-Circolo Culturale Dante Aleghieri. F’din l-okkażjoni, il-President se tiltaqa’ wkoll mal-komunità Maltija residenti l-Italja.

L-impenji uffiċjali tal-President Myriam Spiteri Debono jissuktaw fil-Polonja hekk kif se tkun qed tattendi wkoll għall-kommemorazzjoni uffiċjali tat-80 anniversarju tal-ħelsien mill-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz.

Il-President Myriam Spiteri Debono mistennija tirritorna f’Malta fit-28 ta’ Jannar. Matul dan il-perjodu, Dr Francis Zammit Dimech se jservi bħala Aġent President.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.