President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Il-President ta’ Malta tibda żjara uffiċjali fir-Renju Unit

Il-President Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta għar-Renju Unit, fejn nhar it-Tlieta li ġej se tindirizza dibattitu organizzat mill-Oxford Union.

Matul is-snin, dan id-dibattitu storiku laqqa’ lil mexxejja minn madwar id-dinja, kif ukoll ħassieba u esperti minn diversi oqsma, mal-membri tal-Oxford Union għal diskussjonijiet dwar suġġetti topiċi u attwali.

Minbarra dan l-impenn uffiċjali, il-President se jkollha wkoll sensiela ta’ laqgħat oħra fir-Renju Unit, li se jiffukaw fuq l-appoġġ li l-Malta Community Chest Fund tagħti lill-pazjenti li jkunu Londra għall-kura. Għal dawn il-laqgħat se jattendu membri tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta kif ukoll uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund.

Matul din iż-żjara, il-President tinsab akkumpanjata wkoll minn żewġha Dr Anthony Spiteri Debono.

Il-President Myriam Spiteri Debono mistennija tirritorna Malta fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis. Fin-nuqqas tagħha, Dr Francis Zammit Dimech se jkun qed iservi bħala Aġent President.

toggle icon
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.