President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Il-President tattendi għall-kommemorazzjoni tal-liberazzjoni ta’ Auschwitz-Birkenau

Il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, attendiet għall-kommemorazzjoni tat-80 sena mil-liberazzjoni tal-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau, fil-Polonja, fejn inqatlu madwar 1.1 miljun persuna.

Il-President ingħaqdet ma’ għadd ta’ persuni li ġew liberati minn dan il-kamp ta’ konċentrament fis-27 ta’ Jannar tal-1945. Flimkien ma’ mexxejja minn madwar id-dinja, il-President ta’ Malta poġġiet xemgħa b’ġest ta’ rispett lejn dawk li nqatlu f’dan il-kamp ta’ konċentrament.

Fid-diskorsi ta’ wħud minn dawk li salvaw minn Auschwitz-Birkenau kien hemm messaġġ komuni li l-Olokawst beda b’ġesti żgħar ta’ esklużjoni u diskriminazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum, u wissew biex illum ukoll ma tkunx injorata l-mibegħda li tista’ twassal biex l-istorja tirrepeti ruħha.

Din il-kommemorazzjoni ġabet fi tmiemha ż-żjara uffiċjali barra minn Malta għall-President Spiteri Debono, li tirritorna Malta tard it-Tlieta filgħaxija.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.