President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Issir b’suċċess il-15-il edizzjoni ta’ Rockestra

Is-Sibt filgħaxija saret Rockestra – The Big Jam, li offriet spettaklu mużikali u artistiku lil eluf ta’ persuni li mlew iċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet, f’Ta’ Qali.

Il-kunċert, organizzat mill-Malta Community Chest Fund taħt id-direzzjoni artistika ta’ Paul Borg Bonaci u d-direzzjoni mużikali ta’ Maestro Aurelio Belli, ġabar flimkien lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-aqwa talent lokali li ppreżentaw kanzunetti klassiċi u moderni.

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono u r-raġel tagħha, Dr Anthony Spiteri Debono ngħaqdu ma’ dawk li attendew għal Rockestra b’risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.

Wara l-kunċert, l-E.T. ltaqgħet mal-kantanti, artisti u mużiċisti fi tmiem Rockestra, fejn irringrazzjonathom tal-impenn tagħhom b’risq din il-kawża ġusta, u esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ispettaklu offrut matul din l-ewwel edizzjoni taħt il-Presidenza tagħha.

Il-President tirringrazzja wkoll lill-eluf ta’ persuni li attendew Rockestra, li bid-donazzjoni tagħhom se jagħtu daqqa t’id lill-Malta Community Chest Fund biex tkompli tgħin lil dawk kollha li jiġu bżonnha.

toggle icon
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.