President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Julian Fenech rikonoxxut bil-Premju Ġwanni XXIII għat-Tjubija

Julian Fenech, student tas-sitt sena tal-Iskola Primarja STC Annibale Preca ta’ Ħal Lija rċieva l-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija, waqt ċerimonja li saret taħt il-patroċinju tal-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Il-Premju, organizzat minn Patri Dijonisju Mintoff u mil-Laboratorju tal-Paċi, jirrikonoxxi t-tjubija u l-kompassjoni ta’ Julian, li ta’ kuljum jagħmel ġesti pożittivi b’risq sħabu tal-iskola, b’mod partikolari fil-konfront ta’ wieħed mill-istudenti.

Fost l-oħrajn, Julian kien nominat għall-impenn biex studenti barranin fil-klassi tiegħu jkunu inklużi fil-ħajja ta’ kuljum tal-iskola, fosthom billi jittraduċi dak li jkun għaddej, u jinkludihom fil-logħob. Kien rikonoxxut ukoll għall-karattru tiegħu, b’mod speċjali l-isforzi biex jevita l-argumenti u l-impenn biex iferraħ lill-oħrajn.

Fid-diskors tagħha, il-President Myriam Spiteri Debono enfasizzat fuq dawn il-valuri, u waqt li indirizzat lill-ġenituri u l-edukaturi preżenti, irrikonoxxiet l-importanza li nrawmu fi wliedna s-sens ta’ altruwiżmu. Il-President aċċennat li dawn il-valuri jservu bħala l-pedamenti ta’ soċjetà iktar b’saħħitha, li tinkludi lil kulħadd fi ħdanha.

Il-President qalet li hu b’dan il-mod li t-tfal jirrikonoxxu l-valur ta’ kull wieħed u waħda minnhom, tissaħħaħ il-kunfidenza fihom infushom, u b’hekk ikunu parti integrali u jikkontribwixxu fis-soċjetà.

Min-naħa tiegħu Patri Dijonisju Mintoff, li ilu jorganizza dan il-Premju għal 55 sena, tkellem dwar kif ġesti bħal dawk ta’ Julian huma importanti u li hu meta wieħed jgħix ħajtu b’dawn il-valuri li s-soċjetà tgħożż u tgħix fil-paċi.

toggle icon
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.