President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Kważi 800 parteċipant jieħu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ ‘The 10KM L-Istrina Palace Run’

Saret b’suċċess l-ewwel edizzjoni ta’ The 10KM L-Istrina Palace Run li ġabet flimkien kważi 800 parteċipant li ġrew mill-Kastell Verdala sal-Palazz ta’ Sant’Anton, f’inizjattiva ġdida b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Fl-ewwel kummenti tagħha qabel il-ftuħ tal-ġirja, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-konkorrenza għal din il-ġirja, u rringrazzjat lill-parteċipanti kollha għall-ġest tagħhom li se jkompli jsostni lill-Malta Community Chest Fund biex tkun hemm għal dawk kollha li jiġu bżonnha.

The 10KM L-Istrina Palace Run saret fuq idea tal-Maġġur Richard Vassallo, bl-appoġġ tas-Sur Joseph Micallef u l-isponsors Eurosport u l-Fond għall-Kawżi Ġusti.

L-edizzjoni li jmiss ta’ The 10KM L-Istrina Palace Run se ssir fl-14 ta’ Ġunju 2026.

toggle icon
President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.