President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Serata ta’ kommemorazzjoni tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila

Waqt serata annwali li tikkommemora l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, il-President Myriam Spiteri Debono appellat għal sens ta’ patrijottiżmu kritiku Malti li jibni fuq il-passat u l-preżent, fl-istess waqt li jħares lejn il-futur.

Hija qalet li dan għandu jkollu l-għan ewlieni “li nkunu poplu aħjar, kburi bil-kisbiet, ġejjin minn fejn ġejjin u għamilhom min għamilhom u li nħarsu b’fiduċja u impenn lejn il-ġejjieni li għandu jkun verament tagħna lkoll.”

Il-President saħqet li l-iskrutinju, il-kritika u azzjoni kontinwa huma neċessarji “jekk verament nemmnu f’Malta aħjar, li tmur “lil hinn miż-żewġ kampijiet ta’ aħna u huma”. Qalet li dan għandu jixpruna “Malta li tfittex li tgħaqqad lil uliedha naturali u dawk adottivi f’ponn wieħed.”

F’dan is-sens, u fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet tas-sittin sena mill-indipendenza u l-ħamsin sena ta’ Malta Repubblika, il-President enfasizzat il-bżonn li “nerġgħu nħarsu mill-qrib lejn dak kollu li jgħaqqadna, lejn dak kollu li jiddistingwina u li jagħmilna min aħna.”

Is-serata mużiko-letterarja kienet organizzata minn Festivals Malta, taħt il-patroċinju tal-President Myriam Spiteri Debono, u ħadet is-sura ta’ intervista ma’ Dun Karm Psaila b’qari wkoll ta’ siltiet minn poeżiji u b’mużika.

Attendew is-serata mistiedna distinti li kkontribwixxew għall-iżvilupp tal-qasam letterarju u lingwistiku Malti.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.